Wednesday, April 1, 2026

Laqgħa bejn il-GWU u ċ-Chairperson il-ġdida tal-MCESD tiffoka fuq prijoritajiet nazzjonali

Aqra wkoll

F’laqgħa bejn l-amministrazzjoni tal-General Workers’ Union (GWU) u ċ-Chairperson il-ġdida tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), Maria Micallef, li saret fil-Workers’ Memorial Building, ġew diskussi diversi temi kruċjali li jolqtu direttament il-ħajja taċ-ċittadini.

Matul il-laqgħa ġew indirizzati l-isfidi ewlenin li qed jaffaċċja pajjiżna, b’enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja u jintlaħaq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Fost is-suġġetti diskussi kien hemm ukoll is-sitwazzjoni tat-trasport, il-kwistjonijiet relatati mas-sorveljanza, l-iżvilupp tal-enerġija alternattiva u l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni, flimkien ma’ oqsma oħra ta’ importanza nazzjonali.

Iż-żewġ naħat enfasizzaw ir-rwol kruċjali tal-MCESD bħala pjattaforma ta’ djalogu soċjali effettiv, u qablu dwar il-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-sħab soċjali sabiex jitfasslu u jiġu implimentati miżuri konkreti li jwasslu għal titjib reali fil-ħajja tan-nies.

Dawn il-prijoritajiet se jibqgħu ċentrali fil-ħidma tal-Kunsill, bil-għan li jissaħħaħ mudell ta’ żvilupp sostenibbli li jqiegħed il-bniedem fiċ-ċentru tal-politika ekonomika u soċjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport