Hekk kif illejla mistenni jitlaqqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista fis-6.30 p.m., jidher li hemm partitarji favur il-Kap Adrian Delia li qegħdin iħeġġu lis-segwaċi tiegħu biex imorru quddiem id-Dar Ċentrali u juru l-appoġġ tagħhom.
Qed jingħad li din il-laqgħa se tkun waħda kruċjali għall-futur tal-Partit Nazzjonalista, fejn possibbilment se jiġi deċiż anke l-futur tal-Kap stess.
Fl-aħħar jiem, Adrian Delia ssemma wkoll minħabba chats li seta’ kellu ma’ Yorgen Fenech, li hu l-allegat mandant tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.