Sunday, December 22, 2024

Laura Bruno r-rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu 2024

Aqra wkoll

Il-kanzunetta ‘Għażiża’ interpretata minn Laura Bruno fuq kliem u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas ġiet ddikjarataL-Għanja tal-Poplu 2024.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għanja tal-Poplu ttellgħet nhar is-Sibt li għadda fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra

Il-kanzunetta rebbieħa titkellem dwar ir-rendikont tal-emozzjonijiet u l-ħsus fil-konfront tal-omm – il-pilastru ta’ kull familja, mill-mument li ġġibek fid-dinja, tbennek, tħaddnek, tfissdek, tgħallmek u trabbik fil-għożża.

Titkellem ukoll dwar il-firda li hija iebsa dejjem u li meta tiġi nieqsa l-omm, jifdal biss il-memorji ta’ ġranet sbieħ imħalltin ma’ mumenti iebsin li kulħadd jgħaddi minnhom u li jfakkruna dejjem li fil-ħajja mhux kollox ward u żahar. Laura Bruno ingħatat ukoll il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni. 

Il-kanzunetta ‘Namra’ kantatata minn Florence Aquilina kklassifikat fit-tieni post. Dan filwaqt li fit-tielet post ikklassifika l-kantant Dario Bezzina bil-kanzunetta ‘Fissidni’.

“Grazzi talli komplejtu ġġibu talent u emozzjoni fil-mużika Maltija”

Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici awgura lir-rebbieħa tas-48 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Laura Bruno u lit-tim tagħha bid-diska ‘Għażiża’ , b’lirika unika li żgur se twassal messaġġ qawwi ħafna. 

Fl-istess waqt feraħ ukoll kif ukoll lil kantanti Florence Aquilina u Dario Bezzina għat-tieni u t-tielet post rispettivament.

Ekonomija

Sport