Huwa rrappurtat li club mill-Arabja Sawdija huwa interessat li joffri kuntratt kbir lil Lautaro Martinez sabiex jieħduh ‘il bogħod minn Inter.
Skond il-media Taljana l-club Sawdi, li ma ssemmiex, huwa lest li joffri lill-internazzjonali Arġentin, kuntratt ta’ erba’ snin b’valur ta’ €60 miljun nett kull staġun, li jiġu €240 miljun fuq it-terminu kollu tal-kuntratt suġġerit.
Kif ġie dettaljat, Martinez bħalissa jaqla’ madwar €6 miljun kull staġun, li jfisser li l-allegata offerta Sawdija żżid is-salarju annwali tiegħu għal għaxar darbiet.
Ir-rapporti jagħmluha ċara li Martinez ma tax l-approvazzjoni tiegħu għall-interess irrappurtat fl-ebda każ u li Inter ma rċevew l-ebda offerta formali.