Il-golfer Maltija Laya Cristina ħadet sehem f’żewġ turnaments internazzjoanli li saru matul dan ix-xahar.
Fl-Irlanda hi ħadet sehem fil-kompetizzjoni ta’ taħt it-18-il sena li kienet maqsuma fuq sitt rounds. Kull plejer li ħa sehem kellu single digit handicap bit-temp f’Cork li xejn ma kien favorevoli bix-xita li kienet il-protagonista għal ħafna mit-turnament.
Wara li ħadet sehem fil-fażi eliminatorja, Cristiana għaddiet għall-kwarti tal-finali fejn tat sfida denja lill-Irlandiża Riona Murphy b’din tal-aħħar li batiet mhux ftit sabiex għelbet lill-golfer Maltija bi skor ta’ +1.
Eventwalment Cristiana pparteċipat fil-kampjonat internazzjonali ta’ taħt it-18-il sena f’Leicester. Dan it-turnament kien ferm kumbattut fejn madwar 50 plejer femminili ħadu sehem.
Wara sensiela ta’ logħbiet, Cristina uriet l-aħjar taħgha tant li kisbet l-għaxar pożizzjoni bi skor ta’ +5.