Inter jinsabu viċin sabiex jilqgħu lil Lazar Samardzic f’Milan. Dan il-plejer li jilgħab bħala plejer ta’ nofs il-grawnd għandu 21 sena u fl-istaġun li għadda kien jilgħab ma’ Udinese.
Hu deher 59 darba mal-Friulani filwaqt li skorja seba’ gowls staġjonali.
Samardzic qed jistenna sinjali mingħand ir-rappreżentant tiegħu u jidher ħerqan biex jibda l-avventura tiegħu bil-flokk Nerazzurro.
Għalkemm Samardzic lagħab fil-livell taż-żgħażagħ mat-tim nazzjonali Ġermaniż, hu ddebutta riċentement mat-tim nazzjonali Serb fejn diġa’ deher darbtejn magħhom.