Wednesday, October 9, 2024

Lazio jakkwistaw lil Matteo Guendouzi

Aqra wkoll

Lazio ikkonfermaw li ħadu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Matteo Guendouzi. Dan kollu seħħ wara ġimgħat ta’ diskussjonijiet mal-eks klabb tiegħu Olympique Marseille iżda kien proprju fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf li nstabet soluzzjoni.

Guendouzi wasal fl-ajruport ta’ Ciampino ilbieraħ waranofsinhar u mistenni jiffirma mal-Biancocelesti fis-sigħat li ġejjin.

Lazio taw is-somma ta’ €13-il miljun lit-tim minn Marsilja u mistenni jsaħħaħ il-midfield li fl-ewwel żewġ logħbiet kien ferm diżappuntanti.

Sport