Lazio mhux se jżommu lill-attakkant Arġentin Luka Romero. Dan tal-aħħar għandu 18-il sena u r-rappreżentant tiegħu qed jitlob ħafna flus bl-imgħax b’kollox sabiex jiġġedded il-kuntratt.
Huwa għalhekk li i Biancocelesti se jpoġġuh għall-bejgħ fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Romero lagħab 14-il darba mat-tim minn Ruma kemm ilu li ngħaqad magħhom fis-sena 2021 u skorja gowl wieħed biss. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Mallorca fi Spanja.