Lazio qed ifittxu xi alternattivi sabiex isibu plejer ieħor li jieħu post Domenico Berardi ġaladarba dan ma jiġix rilaxxjat minn Sassuolo.
L-attakkant Neroverde ilu fir-radar ta’ Lazio għal dawn l-aħħar ġimgħat għalkemm hemm Juventus ukoll li qed ifittxu l-firma tiegħu.
Pjan B ta’ Lazio jista’ jkun Matteo Politano li bħalissa jinsabu reġistrat ma’ Napoli. Dawn tal-aħħar bl-ebda mod ma jridu jneħħu lil dan il-plejer għalkemm iridu jiftiehmu miegħu fuq il-kuntratt.