Friday, September 20, 2024

League Cup: Man United jirbħu wara li kienu darbtejn minn taħt

Aqra wkoll

Fl-aħħar logħba li kien fadal mit-tielet round tal-League Cup, Manchester United għelbu lil Aston Villa 4-2 f’Old Trafford wara li kienu sabu ruħhom darbtejn minn taħt.

Wara taqsima bla goals kienu l-Villa li fetħu l-iskor minn Ollie Watkins (48) iżda l-United kisbu d-draw immedjatament minn Anthony Martial (49).

L-iskor sar 2-1 għall-Villa b’auto-goal ta’ Diogo Dalot (61) iżda tliet goals minn Marcus Rashford (67), Bruno Fernandez (78) u Scott McTominay (90) aċċertaw li l-United ikomplu javvanzaw.

Intant wara l-logħba telgħu l-poloz tar-raba’ round li rriżultaw hekk:

Wolves v Gillingham

Southampton v Lincoln C.

Blackburn v Nottm Forest

Newcastle v Bournemouth

Man City v Liverpool

Man United v Burnley

MK Dons v Leicester C.

Charlton v Brighton

(Jintlagħbu fil-ġimgħa li tibda 19 ta’ Diċembru, l-għada tal-finali tat-Tazza tad-Dinja).

Sport