Saturday, December 21, 2024

League Cup: Manchester United bl-akbar rebħa

Aqra wkoll

Bit-team immexxi mill-manager interim, Ruud van Nistelrooy, wara t-tkeċ­ċija ta’ Erik ten Hag, Manchester United kisbu l-akbar rebħa fir-round tal-Aħħar 16 tal-League Cup meta għelbu lil Leicester City bl-iskor ta’ 5-2.  

Man Utd v Leicester – Manchester United irreġistraw rebħa kbira meta f’Old Trafford għelbu lil Leicester bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Casemiro (15, 39), Alejandro Garnacho (28) u Bruno Fernandes (36, 59) filwaqt li Bilal El Khannouss (33) u Conor Coady (45) skorjaw għall-Foxes. 

Brighton v Liverpool – F’partita eċċitanti Liver­pool għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 3-2, b’goals minn Cody Gakpo (46, 63) u Luis Diaz (85) filwaqt li Simon Adingra (81) u Tariq Lamptey (90) irrispondew għal Brighton.

Aston Villa v C. Palace – Aston Villa sfaw megħluba f’darhom minn Crystal Pa­lace bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals tal-Eagles jiġu skor­jati minn Eberechi Eze (8) u  Daichi Kamada (64) filwaqt li Jhon Duran (23) kiseb id-draw momentarju għall-Villans. 

Newcastle v Chelsea – Newcastle għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu minn Alexander Isak (23) u auto-goal ta’ Axel Di­sasi (52).

Preston v Arsenal – Arsenal marru għand it-team taċ-Championship, Preston North End u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, bil-protagonisti jkunu Gabriel Jesus (24), Ethan Nwaneri (33) u Kai Havertz (57). 

Ekonomija

Sport