Sunday, December 22, 2024

League Cup: Posposta s-semi-finali bejn Arsenal u Liverpool

Aqra wkoll

L-ewwel leg tas-semi-finali tal-League Cup bejn Arsenal u Liverpool li kellha tintlagħab il-Ħamis,  ġiet posposta minħabba “tifqigħa severa ta’ Covid” fil-club minn Anfield.

Ir-Reds għalqu temporanjament iċ-ċentru tat-taħriġ tal-ewwel team tagħhom nhar l-Erbgħa wara li l-assistent manager, Pep Lijnders, sar l-aħħar wieħed li kellu jiżola lilu nnifsu. 

L-ewwel leg issa se tintlagħab f’Anfield fit-13 ta’ Jannar u t-tieni leg issir fl-Emirates Stadium fl-20 ta’ Jannar.

Liverpool kienu talbu l-posponiment nhar it-Tnejn li għadda iżda huma rċevew risposta l-Erbgħa wara nofs in-nhar. 

L-EFL qalet fi stqarrija li kienet fi “djalogu regolari” mal-club minn dakinhar “f’tentattiv biex tifhem jekk ir-rabta tistax tipproċedi”.

L-istqarrija kompliet tgħid: “Żviluppi sinifikanti matul dan il-perjodu wasslu biex il-club irrapporta numru li dejjem baqa’ jiżdied ta’ każijiet ta’ Covid.

“Wara li issa rrevediet bis-sħiħ iċ-ċirkostanzi involuti, l-Assoċjazzjona aċċettat it-talba ta’ Liverpool wara li ddeterminat, għalkemm bit-tkaxkir tas-saqajn, li posponiment kien l-unika għażla peress li parti kbira mill-iskwadra kif ukoll parti mill-istaff tekniku ntlaqtu ħażin. 

Aktar kmieni l-Erbgħa, Liverpool qalu li l-faċilitajiet ta’ taħriġ tagħhom se jingħalqu għal mill-inqas 48 siegħa minħabba “numru li qed jikber b’mod sostanzjali ta’ każijiet tal-coronavirus.

Lijnders kien ħa t-tmexxija tat-team fid-draw ta’ 2-2 kontra Chelsea, nhar il-Ħadd li għadda, fl-assenza tal-manager Jurgen Klopp li kellu jiżola lilu nnifus. 

Il-players Alisson Becker, Joel Matip u Roberto Firmino tilfu dik il-logħba wkoll u tliet membri oħra tal-istaff irriżultaw pożittivi.

Barra min hekk Liverpool tilfu s-servizzi tat-tliet players,  Mohamed Salah, Sadio Mane u Naby Keita, minħabba li telqu biex jilagħbu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. 

Ir-Reds kellhom jipposponu l-konferenza tal-aħbarijet li kellha titmexxa minn Lijnders għall-partita kontra Arsenal. 

Wara l-posponiment, Liverpool ħarġu  stqarrija  li fiha sostnew li “nixtiequ jirringrazzjaw lill-EFL u lil Arsenal għall-ftehim tagħhom, kif ukoll lill-partitarji taż-żewġ clubs, hekk se nkomplu nimxu f’dan il-perjodu ta’ sfida.” 

Ekonomija

Sport