Il-midfielder internazzjonali Arġentin ta’ Paris St Germain, Leandro Paredes, ingħaqad ma’ Juventus wara li sarlu l-eżami mediku b’suċċess.
Huwa attenda l-logħba ta’ nhar l-Erbgħa filgħaxija li fiha l-Bianconeri għelbu lil Spezia 2-0.
Wara li sarlu l-eżami mediku huwa ntlaqa’ minn bosta partitarji barra l-klinika tal-club.