Juventus xeħtu l-attenzjoni tagħhom fuq Leandro Paredes ta’ Paris Saint-Germain minkejja li Roma wkoll ħabbru li jixtiequ s-servizzi tiegħu.
Wara d-draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals kontra Sampdoria, il-Bianconeri qed ifittxu li jiffirmaw midfielder u attakkant – Paredes kif ukoll Arkadiusz Milik ta’ Olympique Marseille.
Huwa jridu jiftħu negozjati biex jieħu lill-Arġentin b’self b’għażla ta’ kuntratt permanenti.
Min-naħa ta’ Roma, dawn iridu lil Paredes biex ikun is-sostitut denju ta’ Georgino Wajnaldum li kiser siequ waqt it-taħriġ il-ġimgħa li għaddiet.
Iċ-ċaqliq ta’ Paredes jista’ jkun ukoll iċ-ċavetta biex tippermetti lil PSG jiffinalizzaw ftehim għall-midfielder ta’ Napoli Fabian Ruiz, li jara wkoll lil Keylor Navas jiċċaqlaq mal-Partenopei.