Bl-għeluq tal-iskejjel, Learning Works, istituzzjoni edukattiva li toffri korsijiet akkredutati, bdiet toffri l-lezzjonijiet b’mod vurtwali. Learning Works għamlet dak kollu meħtieġ biex il-lezzjonijiet jibqgħu għaddejin u li l-istudenti jibqgħu jiprogressaw fil-korsijiet rispettivi tagħhom minkejja li ma baqgħetx possibli li jsiru lezzjonijiet fil-klassijiet bħas-soltu.
Wieħed mil-korsijiet li qiegħed jigi offrut online huwa kirs f’livell 1 fil-Malti għall-barranin li jinkludi wkoll l-orjentazzjoni kulturali. Dan huwa kors deali għal dawk li qed ifittxu biex jintegraw fis-soċjeta u jtejbu ċ-ċans li jsibu impjieg. Korsijiet oħra jinkludu kors f’livell 3 fil-kura tas-saħħa meħtieġ biex persuna taħdem bħala care worker u kors f’livell 4 fil-kura tas-saħħa għal dawk li jaspiraw għall-karigi ogħla f’dan il-qasam.
Qed jiġu offruti wkoll f’livell fil-psikoloġija tal-isport u n-nutrizzjoni fl-isport u oħrajn f’Level 5 – id-Diploma fit-tmexxija u l-management u award fl-immaniġjar tal-finanzi.
Fil-ġranet li ġejjin se jibda wkoll kors ieħor li jwassal għal award fil-kura tas-saħħa mentali.
Parti minn l-istrateġija kienet li ġiet introdotta applikazzjoni u mezz ta ħlas online biex tiffaċilita l-proċess għall-applikanti.
Learning Works għamlet dak kollu possibli biex taddatta għal din in-norma il-ġdida u provdiet opportunatijiet u possibilitajiet ta studju mil-kumdita tad-dar ta’ dak li jkun.
Għal aktar informazzjoni zur is-sit www.learningworks.edu.mt jew cempel fuq +356 79584200.