F’partita mill-aktar drammtika, Leeds Unitedkisbu l-passaġġ għas-semi finali tal-FA Cup meta għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 4-2 wara l-għoti tal-penalties. Dan hekk kif l-iskor anke sa wara l-ħin barrani kien dak ta’ 2-2.
Kien Ao Tanaka (26) li fetaħ l-iskor għal Leeds, qabel ma Dominc Calvert-Lewin (75) irdoppja l-iskor għalihom minn penalty. Iżda l-Hammers naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima permezz ta’ Mateus Fernandes (93), qabel ma ġabu l-iskor indaqs b’mod drammtiku tliet minuti biss wara minn Axel Disasi (96).
L-iskor baqa’ ma nbidilx wara l-ħin barrani, bil-partita li kellha tmur għall-għoti tal-penalties, b’Leeds finalment joħorġu rebbieħa.
Għal West Ham mill-11-il metru skorjaw Kyle Walker-Peters u Tomas Soucek, filwaqt li fallew Jarrod Bowen u Pablo.
Dan filwaqt li għal-Leeds irnexxielhom isibu x-xibka, Dominic Calvert-Lewin, Brenden Aaronson, Wilfried Gnonto u Pascal Strujik, iżda Joel Pireo falla l-ewwel penalty għall-Whites.

