Leeds United esprimew l-interess tagħhom li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Sheffield United, Sander Berge, fost rabtiet li jissuġġerixxu li Kalvin Phillips jista’ jħalli lill-club dan is-sajf.
Phillips ta’ 26 sena hu mifhum li informa lill-ġerarkija tal-Whites li jixtieq jingħaqad ma’ Manchester City, filwaqt li Paris Saint-Germain dan l-aħħar ingħaqdu mat-tellieqa għall-firma tal-istess Phillips.
Leeds diġà ffirmaw lill-midfielders Brenden Aaronson u Marc Roca bi ftehimiet permanenti dan is-sajf, iżda huwa mifhum li Berge ġie identifikat bħala mira potenzjali mid-direttur tal-footballl Victor Orta jekk Phillips iħalli Elland Road.