Thursday, December 26, 2024

Leeds United Supporters Club (Malta) se jospita lil-leġġenda tal-klabb, Paul Reaney

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Leeds United Supporters Club (Malta) fil-jiem li ġejjin se jospita lil-leġġenda tal-klabb, Paul Reaney.

Reaney se jkun Malta biex jiddikjara miftuħa wirja li se tkun qed tinkludi memorabilia ta’ dan il-klabb famuż minn West Yorkshire flimkien mat-Team Nazzjonali tal-Futbol tal-Ingilterra b’diversi tifkiriet.

Il-post fejn se tkun qed issir din il-wirja huwa wieħed mill-punti ewlenin fil-Belt Kapitali tagħna – Palazzo Ferreria u se jkun miftuħ mill-Ħadd 30 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 4 ta’ Novembru mid-9am sal-5pm.

Paul lagħab ma’ Leeds United bejn l-1962 u l-1978 u rrappreżenta wkoll lill-Ingilterra tliet darbiet – waħda minnhom kienet il-partita Malta vs Ingilterra li ntlagħbet fl-Old Empire Stadium fil-Gżira fl-1971, li inċidentalment kienet l-aħħar dehra tiegħu għal pajjiżu.

Il-LUSC (Malta) stiednu wkoll lill-plejers Maltin li lagħbu kontra l-Ingilterra f’dik il-partita famuża biex jiltaqgħu ma’ Reaney.

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta Reaney nhar il-Ħadd se jkun il-mistieden tal-unur waqt attività għall-membri kollha tal-Leeds United Supporters Club u se jkun qed iżur ukoll il-gżira Għawdxija.

Ekonomija

Sport