Monday, September 23, 2024

Leeds Utd ikeċċu lill-manager Bielsa

Aqra wkoll

Il-manager Arġentin, Marcelo Bielsa, 66 sena, ġie mkeċċi mill-kariga minn Leeds United wara sensiela negattiva li rat lit-team isofri telfiet kbar. Huwa kien ingħaqad mal-Peacocks f’Ġunju 2018 u ħallihom żewġ punti fuq iż-żona tar-re­legazzjoni wara li sentejn ilu ġew promossi fil-Premier League wara 16-il sena. 

Nhar is-Sibt Leeds tilfu 4-0 kontra Tottenham u l-aħħar erba’ logħbiet tilfuhom kollha b’aggregate ta’ 17-2.

Dawk li qed jissemmew biex jieħdu postu hemm Jesse Marsch, eks RB Leipzig, Ernesto Valverde, ex-Barcelona u Carlos Corberan ta’ Huddersfield Town.

Sport