Saturday, October 26, 2024

Leicester City f’taqtiegħa ma’ Chelsea għall-firma ta’ Gleison Bremer

Aqra wkoll

Leicester City mistennija jidħlu f’taqtiegħa ma’ Chelsea għall-akkwsit potenzjali tad-difensur ċentrali ta’ Torino, Gleison Bremer.

Il-Brażiljan ġie marbut ma’ trasferiment ma’ għadd ta’ clubs Ewropej fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej, wara staġun impressjonanti mat-team ta’ Torino fis-Serie A.

Bremer s’issa lagħab fi 33 mis-36 logħba tal-kampjonat ta’ Torino matul l-istaġun 2021-22, fejn it-team tiegħu jiftaħar bil-ħames l-aħjar rekord difensiv tad-diviżjoni, li għenhom bies sa issa jisnabu fl-fl-10 post tal-klassifika.

Il-Foxes immexxija minn Brendan Rodgers żiedu l-interess tagħhom li jiffirmaw lid-difensur dan is-sajf, bil-midfielder Dennis Praet se jkun inkluż fi kwalunkwe ftehim potenzjali għall-Bremer ta’ £40 miljun.

Il-Belġjan għamel 21 dehra fis-Serie A b’self ma’ Torino s’issa dan l-istaġun, u bil-club interessat li jiffirma lill-player ta’ 27 sena fuq bażi permanenti, Leicester huma lesti li jużawh bħala parti mill-offerta sabiex jaqbżu lil Chelsea. fit-tellieqa għal Bremer, bil-holders taċ-Champions League jingħad ukoll li huma interessati fl-akkwist tas-servizzi tiegħu.

Sport