Leicester City ngħaqdu fit-tellieqa għall-firma tal-attakkant ta’ West Ham United, Jarrod Bowen.
Bowen, li ngħaqad mal-club minn Londra mingħand Hull City fl-2020, għamel 56 dehra fil-Premier League, skorja disa’ goals u pprovda 10 assists.
Forma ta’ dan it-tip ġibdet interess minn Liverpool u Tottenham Hotspur, filwaqt li Leicester City issa huma maħsuba li jisnabu interessati fil-player Ingliż.
Il-Foxes qegħdin iżommu kuntatti mill-qrib maż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li gibed iktar interess bil-prestazzjoni tiegħu fil-konfront riċenti tal-Irons kontra Manchester United.
Minkejja li għadu qed jistenna li jiskora l-ewwel goal tiegħu f’dan l-istaġun, Bowen beda f’kull waħda mill-ħames logħbiet tal-kampjonat tat-team tiegħu s’issa f’dan l-istaġun, u pprovda l-ewwel assist tiegħu fit-telfa ta’ 2-1 kontra Manchester United.