Tuesday, October 1, 2024

Leicester City interessati f’Oliver Skipp

Aqra wkoll

Leicester City qed juru interess fil-midfielder difensiv ta’ Tottenham Hotspur, Oliver Skipp. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u ilu jilgħab Londra sa mis-sena 2018. Hu qatt ma kien xi plejer regolari ma’ The Spurs għalkemm deher 77 darba u skorja gowl f’dawn is-snin.

Il-Foxes jixtiequ lil dan il-plejer u tawh garanzija li se jilgħab b’mod regolari speċjalment għax joqgħod sew mal-iskemi tattiċi tal-kowċ Steve Cooper.

Skipp hu plejer Ingliż li lagħab 24 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena.

Sport