Leicester City huma lesti li jbiegħu lill-playmaker James Maddison fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena kien marbut ħafna ma’ trasferiment ma’ Arsenal fis-sajf li għadda, iżda trasferiment finalment ma seħħitx hekk kif il-Gunners minflok akkwistaw lil Martin Odegaard mingħand Real Madrid.
Minkejja s-saga tat-trasferimenti li ilha għaddejja fl-2021, Maddison gawda staġun produttiv ieħor fil-King Power, fejn skorja 13-il goal u pprovda tmien assists minn 40 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, bi Brendan Rodgers li fis-sajf mistenni jagħmel ristrutturar fl-iskwadra ta’ Leicester, huwa mifhum li Maddison jista’ jħalli l-club.
L-internazzjonali Ingliż b’dehra waħda issa fadallu inqas minn sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu mal-Foxes, iżda huwa mifhum li xorta hija meħtirġa offerta ta’ £50 miljun biex iħalli lil Leicester.
Maddison issa skorja 40 goal u pprovda 28 assist f’159 logħba għal Leicester mill-2018, għalkemm kellu goal li seta’ jkun dak rebbieħ tard fil-partita annullat b’mod kontroversjali kontra Manchester United nhar is-Sibt li għadda.
Barra minn Maddison, Leicester huma wkoll kuntenti li jċedu lil Youri Tielemans bħala parti minn tibdil radiklai fl-iskwadra tagħhom qabel l-istaġun 2022-23.