Sunday, November 24, 2024

Leipzig jirbħu t-Tazza Ġermaniża b’għaxar players

Aqra wkoll

Leipzig rebħu t-Tazza Ġermaniża meta għelbu lil Freiburg 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li l-final spiċċat fi draw ta’ 1-1.

Iżda Freiburg għamlu dan bi player inqas meta fis-57 minuta tkeċċielhom Marcel Halstenberg wara li kkommetta foul professjonali fuq Lucas Hoeler.

Freiburg fetħu l-iskor minn Maximilian Eggestein (19) iżda Leipzig kisbu d-draw minn Christopher Nkunku (76) li kompla għal ġewwa mid-daqqa ta’ ras ta’ Willi Orban.

Fil-118-il minuta, Leipzig kellhom ukoll lil Kevin Kampl imkeċċi minn fuq il-bank tas-sostituti minħabba protesti. 

Sport