Monday, November 4, 2024

Lejla fil-Park 2024

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, it-tielet edizzjoni ta’ Lejla fil-Park ser isseħħ fil-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar. L’attività, li tibda fis-sitta ta’ filgħaxija, qegħda tiġi organizzata mid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-MEER bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet relatati mal-Jiem t’Azzjoni favur l-Iżvilupp Sostenibbli, bit-tema, ‘Insawru Flimkien il-Futur li Rridu’.

Dawn il-Jiem t’Azzjoni qed isiru bejn it-18 ta’ Settembru u t-8 ta’ Ottubru bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-attivitajiet matul dan il-perjodu għandhom l-għan li jippromwovu u jqajmu kuxjenza dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs).

Lejla fil-Park tiffoka fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli f’diversi oqsma, inkluż is-saħħa u l-benesseri, komunitajiet sikuri, u l-protezzjoni ambjentali. Dawk li jattendu ser ikollhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ rappreżentanti minn entitajiet Governattivi, inklużi l-korpi tas-sigurtà u l-infurzar, u jitgħallmu dwar servizzi għall-komunità filwaqt li jgawdu minn attivitajiet interattivi favur l-ambjent.

Lejla fil-Park hija miftuħa għall-familji u tinkludi attivitajiet bħal korsa ta’ ostakli, wirjiet ta’ talenti sportivi, logħob, u divertiment għat-tfal. Ser ikun hemm ukoll ikel tradizzjonali Malti pprovdut mill-Biċċerija Pubblika.

L-attività hija bla ħlas u miftuħa għal kulħadd.

Sport