Saturday, October 25, 2025

LEJN BUDGET IEĦOR TA’ SOSTENN GĦALL-POPLU

Aqra wkoll

Fi ftit tal-jiem oħra, nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru, se jkun qed jiġi ppreżentat il-Budget 2026, li mistenni li jkompli jibni fuq ta’ qablu. Se jkun Budget mimli miżuri ta’ benefiċċju li bla dubju, bħal snin oħra, se jsostnu lil dawk l-aktar vulnerabbli u li jinsabu fil-faxex t’isfel tas-soċjetà. Mhux b’inqas lill-klassi medja, fejn anke f’dan ir-rigward l-għajnuna se tkun waħda sostanzjali, permezz tat-tnaqqis tat-taxxi.

Kulma jmur id-dinja qed tkompli tiċkien. Bdiet tagħmel hekk minn mindu tfaċċat il-globalizzazzjoni tal-ekonomiji. Iżda llum it-teknoloġija qed tkompli ċċekken id-distanzi bejn pajjiż u ieħor, anke permezz tal-avvanzi teknoloġiċi. Dan juri li għalkemm pajjiżna huwa iżolat ġeografikament, b’danakollu mhux iżolat ekonomikament għax dak li jiġri f’pajjiżi oħra, jolqot lilna wkoll. 

Quddiem dawn l-isfidi, pajjiżna ma qagħadx ċass u implimenta diversi miżuri, grazzi għall-ekonomija reżiljenti li għandna, biex seta’ jipproteġi l-benesseri tas-soċjeta’ Maltija. Kieku ma kienx għax l-ekonomija kienet b’saħħitha kieku l-familji Maltin illum jinsabu f’sitwazzjoni xejn feliċi. Għalhekk aħna għadna nemmnu li l-mudell ekonomiku attwali mhux biss serva tajjeb imma wkoll għadu jservi għall-ħtiġijiet li pajjiżna jkollu bżonn minn żmien għal żmien. 

B’danakollu, dan ma jfissirx li l-mudell ekonomiku ta’ bħalissa għandu jibqa’ statiku u ma jinbidilx. Għall-kuntrarju, l-ekonomija, billi hija dinamika, ikollha bżonn taġġorna għar-realtajiet u ċ-ċirkostanzi kemm tal-mument u anke dawk li jistgħu jfeġġu bla mistenni. 

Dan nemmnuh ukoll fl-isfond li jitħares il-ġid komuni u jitjieb il-livell tal-għajxien tal-poplu kollu. Nifhmu li l-budget li għandu jitressqu fi ftit jiem oħra se jkompli jibni fuq it-tajjeb li diġ sar, biex mhux biss ikunu konsolidati dawk il-miżuri favur dawk li jifilħu l-inqas fis-soċjetà. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport