Tuesday, December 24, 2024

Lejn l-aħħar tas-sena li ġejja l-pubbliku se jkun jista’ jsib magni li jsarrfu kontenituri riċiklabbli fi flus

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu ġie ffirmat ftehim bejn ir-Resource Recovery and Recycling Agency u l-BCRC Malta LTD. 

Din tal-aħħar hija kumpanija ffurmata minn importaturi u esportaturi lokali tax-xorb li se tkun qiegħda tieħu ħsieb il-magni li fihom se jkunu qed jinġabru l-kontenituri riċiklabbli. 

Skont dan il-ftheim, f’14-il xahar trid tiddaħħal fil-prattika li l-pubbliku jdaħħal l-kontenituri u jingħata flus lura tal-kontenituri b’valur ta’ 10 ċenteżmi għal kull kontenitur. Mhux eskluż li l-prezz ta’ dawn il-kontenituri jkun qed jiżdied.

Se jkun qed jinfetaħ ukoll impjant Ħal Far li se jilqa’ fih il-kontenituri f’ammonti kbar minn stabbilimenti bħalma huma ristoranti u bars.

Il-kumpanija se tkun qiegħda tieħu ħsieb ukoll li b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali jaraw fejn se jkunu qed jitpoġġew dawn il-magni.

Qed ikun stmat li permezz ta’ dan il-proġett fl-ewwel ħames snin tiegħu se jkunu qed jinġabru mal-85% tal-kontenitur li jintużaw.

Preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien hemm il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia li ddeskriva dan il-proġett bħala “l-ewwel mudell ta’ ekonomija ċirkulari f’Malta.”

Ekonomija

Sport