Tuesday, December 24, 2024

Lemħu d-droga fl-ixkejjer wara s-seat tat-trakk

Tissokta l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Roderick Camilleri u Darren Dimech

Aqra wkoll

Quddiem il-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Roderick Camilleri ta’ 44 sena residenti Birżebbuġa u Darren Dimech ta’ 46 sena mill-Fgura mixlija bi traffikar u importazzjoni ta’ 146kg kokaina.

Waqt il-kumpilazzjoni xehed uffiċjal tas-sigurtà fejn qal li dakinhar kien xogħol fuq linja 3 fil-Port Ħieles. Xehed li nofs siegħa wara li bdew l-ispezzjonijet fuq il-vetturi, hu l-kollega kienu ordnati biex jiċċekkjaw kull vettura li toħroġ minn fuq il-linja.

Xehed li kif wasal it-rakk li fuqu kien hemm id-droga, ix-xufier u l-passiġġier kienu mitlubin jinżlu mit-trakk. Hekk kif telgħu fil-kabina biex jiċċekkjaw l-affarijiet lemħu l-ixkejjer wara s-seat tat-trakk. Meta l-uffiċjali staqsew dwar l-ixkejjer, l-akkużati wieġbu “xejn”. Għalhekk l-uffiċjali ddeċiedew li jinfurmaw lil ta’ fuqhom dwar is-sejba u meta ġie, ra b’għajnejh u ċempel lill-pulizija. Ix-xhieda tal-ewwel uffiċjal tas-sigurtà kienet konfermata mill-kollega tiegħu wkoll fuq il-pedana tax-xhieda.
Qal ukoll li ż-żewġ burdnara ma ppreżentaw l-ebda dokument li jagħti spjegazzjoni ta’ x’kien fihom l-ixkejjer u għalhekk is-suspett kiber.

Intant, uffiċjal tal-Pulziija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga xehed li s-set ta’ ċvievet u s-siġill tal-kontejner instabu fuq Roderick Camilleri u kien għalhekk li ġie arrestat dak il-ħin stess.

Rappreżentant tal-kumpanija tat-trakkijiet qal li dakinhar Darren Dimech ma kienx xogħol. Dimech għadu taħt probation fuq każ ieħor. Ir-rappreżentat spjega li l-linja tal-Port Ħieles mhux normali li x-xufien ikollu persuna oħra miegħu fil-vettura.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Mercieca, John Leigh Howard u Francesco Mizzi flimkien mal-Avukat Maria Francesca Spiteri f’isem l-Avukat Ġenerali. Għal Camilleri dehru l-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta u Alessandro Farrugia waqt li għal Dimech deher l-Avukat George Anton Buttiġieġ u Franco Debono.

Ekonomija

Sport