Tuesday, February 18, 2025

Leon Azzopardi jikkwalifika għat-tim nazzjonali tal-Blackball

Aqra wkoll

Leon Azzopardi rebaħ ir-raba’ tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2025 tal-Blackball wara li fil-finali għeleb lil Luke Said 10-8.

Azzopardi baqa’ jżomm il-forma tipika tiegħu għalkemm xorta ma sabhiex faċli kontra avversarju ferm determinat bħal Said.

Din ir-rebħa għenet lil Azzopardi sabiex jilgħab mat-tim nazzjonali Malti tal-irġiel sabiex b’hekk ingħaqad ma’ Johan Attard, Clayton Castaldi u Glenn Axiaq.

Fl-istess waqt hemm xi plejers li diġa’ kisbu l-parteċipazzjoni tagħhom f’din il-kompetizzjoni internazzjonali b’oħrajn li għadhom iridu jintgħażlu mit-turnaments li jmiss li għaddew aktar qabel.

Fis-seniors 40 +, s’issa kien hemm il-kwalifikazzjoni ta’ Stephen Mangion, Lee Grima, Shawn Galea u Duncan Edwards.

Sadanittant, Raymond Caruana, Antoine Aquilina, Jason Mangion u Johan Grixti kienu l-ewwel plejers li kkwalifikaw fil-kategorija ta’ ‘l fuq minn 50 sena.

It-tim ta’ taħt it-23 sena s’issa hu magħmul minn Nordai Desira, Casdy Vella, Chaylon Castaldi u Steven Muscat.

Nick Muscat, Jake Castaldi, Denzel Falzon u Dielyn Edwards huma l-ewwel erba’ plejers fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena.

Matul din il-ġimgħa qed jintlagħab il-ħames tournament ta’ kwalifikazzjoni sabiex jiġu determinati aktar postijiet mat-tim nazzjonali Malti li se jikkompeti fi Bridlington fi ftit tal-ġimgħat oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport