L-eks difensur internazzjonali Taljan Leonardo Bonucci se jkun l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt l-20 sena u għalhekk se jkun qed jgħin lil Bernardo Corradi. Kien il-president tal-Federazione Italiana Giuoco Calcio Gabriele Gravina li ppropona dan l-isem minħabba l-grinta u l-kariżma li kellu bħala plejer, issa jista’ jitraduċiha ukoll bħala kowċ.
Min-naħa tiegħu, Bonucci qal li jinsab kburi li l-federazzjoni Taljana għażlet proprju lilu biex tgħin lil Corradi u se jagħmel minn kollox biex dan ir-rwol jaqdih bl-aħjar mod possibbli.