Fl-aħħar snin huwa serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tad-Djar fejn kellu rwol kruċjali biex jimplimenta riformi fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali.
Is-Sur Mckay ħadem ukoll f’oqsma oħra soċjali bħala Direttur ta’ Caritas Malta. Ħaddan ukoll l-irwol ta’ Direttur fl-Awtorita’ tal-użu Responsabbli tal-Cannabis. Fl-aħħar xhur, huwa kien qed jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv f’Jobsplus.
Leonid Mckay huwa gradwat b’Masters fil-politika soċjali mill-Universita’ ta’ Malta. Mckay huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal.
Il-Partit Laburista jirringrazzja lil Randolph De Battista għax-xogħol siewi li għamel fl-aħħar snin bi twettiq ta’ diversi proġetti li ħallew il-frott għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.