Friday, December 20, 2024

L’Equipe Summer League: Niupi FC isaħħu t-tieni post wara rebħa diretta

Aqra wkoll

Niupi FC saħħew it-tieni post fi grupp A ta’ L’Equipe Summer League meta f’konfront dirett għelbu lil ROA Brothers 8-6 u b’hekk baqgħu żewġ punti bogħod mill-quċċata. Nenad Stankic ispira lil sħabu meta skorja tliet gowls b’Youssef Abker, Aboubakr Loufti, Alfredo Medina, Diego Scuro u Sebastian Nayar jgħaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

ROA Brothers irrispondew permezz ta’ doppjetta ta’ Robert Veskimae u gowls ta’ Raul Moraru, Radu Vlase, Ayoub u Cristi Diaconu.

Hekk kif intlagħbet id-disa’ ġurnata ta’ dan it-turnament li qed isir dejjem aktar interessanti, Macedonia u Leġġendarji AFC ikkonfermaw posthom fil-quċċata tal-gruppi rispettivi tagħhom wara li baqgħu jirbħu aktar logħbiet.

F’aktar logħbiet minn grupp A, Macedonia sabu sfida denja tistennihom għalkemm xorta għelbu lil All Black 7-4. L-attakkant tagħhom Mark Zammit spikka f’din il-partita hekk kif skorja erba’ gowls b’All Black li baqgħu fil-logħba u b’Nikola Milicevic awtur ta’ doppjetta.

Masters R United qabżu fit-tielet post tal-klassifika wara rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Aston Birra filwaqt li FM Interiors u Flutter kisbu tliet punti prezzjużi wara rebħiet kontra Marsaskala (9-2) u Kanon Gaming (12-4).

De Fonseca telgħu fit-tmien post tal-klassifika wara suċċess ta’ 10-3 kontra Ernst and Young.

Fi grupp B, Leġġendarji AFC kisbu t-tmien rebħa staġjonali wara li għelbu lil Madballerz 9-1. Zvezdan Vukovic u Wallace skorjaw hat-trick kull wieħed sabiex xprunaw lit-tim tagħhom għar-rebħ finali.

Orthodox Wizards baqgħu jsegwu wara li anke huma kisbu t-tliet punti għas-spejjeż ta’ La Famiglia 8-4. Jovan Kostic, Milos Stevanovic u Strahinja Rancic skorjaw doppjetta kull wieħed għal Orthodox.

Patatanaikos huma viċin li jikkonfermaw posthom mal-aqwa erba’ ta’ grupp B wara li għelbu lil Dynamo Lynx 5-0 filwaqt li Spartans setgħu jispiċċaw biss fi dro ta’ 4-4 kontra Mapfre MSV Life.

Spurs kisbu rebħa konvinċenti ta’ 6-4 kontra CFDS filwaqt li Azzurri kisbu rebħa prezzjuża ta’ 4-3 kontra Pentasia.

KLASSIFIKA – Grupp A

Macedonia 25, Niupi 22, Masters R United 21, ROA Brothers 19, FM Interiors 19, Flutter, Marsaskala 13, De Fonseca , All Black 12, Aston Birra 3, Ernst & Young, Kanon Gaming 0

KLASSIFIKA – Grupp B

Leġġendarji AFC 25, Orthodox Wizards 23, Patatanaikos 19, La Famiglia 18, Spartans 16, Azzurri FC 15, Madballerz 14, Spurs 12, Mapfre MSV Life 5, Dynamo Lynx, CFDS, Pentasia 3

Ekonomija

Sport