Sunday, November 17, 2024

L’Equipe Summer League: Patatanaikos jaħsdu lil Spartans

Aqra wkoll

Patatanaikos ħasdu lil Spartans u rebħulhom bl-iskor ta’ 6-5 fl-ikbar sorpriża mill-ħames ġurnata ta’ L’Equipe Summer League. B’hekk issa fi grupp B, Leġġendarji AFC huma leaders assoluti hekk kif baqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ.

Minn grupp A, is-sitwazzjoni baqgħet l-istess b’ħames timijiet li huma mifruda biss bi tliet punti. Minkejja kollox, Macedonia u ROA Brothers baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika.

Macedonia rebħu lil Ernst and Young bl-iskor kbir ta’ 17-1 b’Daniel Stoyanov li skorja xejn inqas minn sitt gowls f’din il-partita filwaqt li Aleksandar Stojanovski kien awtur ta’ poker.

ROA Brothers baqgħu jirbħu l-logħbiet tagħhom hekk kif kisbu rebħa oħra kbira ta’ 18-2 kontra All Black. Bogdan Ababei kien l-aqwa skorer f’din il-logħba b’erba’ gowls.

Marsaskala u Niupi FC telgħu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara rebħiet prezzjużi ta’ 5-2 u 10-1 kontra Aston Birra u Masters R United rispettivament.

FM Interiors baqgħu jżommu l-konsistenza tagħhom għalkemm batew sabiex jegħlbu lil Flutter 7-5 filwaqt li De Fonseca telgħu skaluna fil-klassifika wara rebħa ta’ 7-5 kontra Kanon Gaming.

Minn grupp B, Patatanaikos ħolqu sorpriża hekk kif għelbu lil Spartans 6-5. Kienet logħba ferm eċitanti biż-żewġ naħat li ma ċedewx pulzier għalkemm fl-aħħar mill-aħħar Spartans kellhom isofru l-ewwel telfa tal-istaġun. Luc Fiorini iddistingwa ruħu għal Patatanaikos meta skorja hat-trick.

Leġġendarji baqgħu jżommu r-rekord ta’ mija fil-mija fil-kampjonat hekk kif ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Pentasia 17-2. Jose GP skorja ħames gowls għal Leġġendarji.

Orthodox Wizards approfittaw u telgħu fit-tieni post tal-klassifika hekk kif rebħu lil Dynamo Lynx 9-3.
La Famiglia jinsabu punt biss bogħod minn Madballerz wara li għelbuhom 8-2 filwaqt li Azzurri xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lit-tim tal-qiegħ CFDS 7-6.

Finalment Spurs u Mapfre MSV Life temmew il-konfront ta’ bejniethom fi dro ta’ 3-3.

KLASSIFIKA – GRUPP A

Macedonia, ROA Brothers 13, Niupi FC, Marsaskala, FM Interiors 10 , Masters R United 9, Flutter 7, De Fonseca, All Black 6, De Fonseca, Aston Birra 3, Ernst and Young, Kanon Gaming 0

KLASSIFIKA – GRUPP B

Leġġendarji AFC 15, Orthodox Wizards 13, Spartans 12, Madballerz 10, La Famiglia, Azzurri FC 9, Patatanaikos 7, Spurs 5, Mapfre MSV Life 4, Dynamo Lynx 3, CFDS, Pentasia 0

Ekonomija

Sport