Monday, November 11, 2024

L’Equipe Summer League: Tintemm l-ewwel fażi tal-kompetizzjoni

Aqra wkoll

Saru magħrufa t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fit-tieni fażi ta’ L’Equipe Summer League. Hekk kif kull tim lagħab 11-il partita fil-fażi tal-gruppi, il-kompetizzjoni tinqasam fi tliet partijiet fejn ikun hemm tliet settijiet ta’ kwarti tal-finali skont il-pożizzjoni li ġew fil-klassifika.

Dawn il-kwarti tal-finali li ġejjin jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla fil-grawnd tal-Għargħur:

Top Knock-Out

Macedonia vs Spartans

Niupi FC vs Patatanaikos

FM Interiors vs Leġġendarji

ROA Brothers vs Orthodox Wizards

Second Knock-Out

Masters R United vs Azzurri FC

De Fonseca vs Spurs

Marsaskala vs La Famiglia

All Black vs Madballerz

Third Knock-Out

Flutter vs CFDS

Kanon Gaming vs Dynamo Lynx

Ernst & Young vs Pentasia

Aston Birra vs Mapfre MSV Life

Sadanittant fil-11 u l-aħħar ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni, Macedonia u Leġġendarji AFC aċċertaw ruħhom mill-ewwel post tal-klassifika wara rebħiet dominanti fuq l-avversarji tagħhom.

Fi grupp A, Macedonia għelbu lil De Fonseca 15-2. Ilija Joveski u Jovanche Angelovski skorjaw erba’ gowls kull wieħed filwaqt li Aleksandar Stojanovski kien awtur ta’ hat-trick.

Niupi FC ixxalaw u ddominaw il-konfront kontra Ernst and Young tant li rebħu 24-0. Cosimo Napolitano u Albert Acciani skorjaw sitt gowls kull wieħed f’dan il-konfront.

Anke ROA Brothers għalqu l-aħħar fażi bil-kbir hekk kif rebħu bl-iskor kbir ta’ 20-0 lil Flutter. It-tim bil-flokkijiet sofor kienu determinati li joħorġu bit-tliet punti sabiex jaċċertaw ruħu mit-tieni l-aqwa fażi tal-kompetizzjoni fejn kellhom lil Radu Vlase awtur ta’ sitt gowls b’Ayoub jiskorja ħamsa oħra fost l-oħrajn.

F’konfront dirett għat-top knock-out, Masters R United kellhom iċedu għall-wirja kbira li taw FM Interiors li eventwalment rebħu dan il-konfront mimli emozzjonijiet 7-5.

All Blacks u Kanon Gaming għalqu l-aħħar ġurnata tal-fażi tal-gruppi bl-aqwa mod wara rebħiet tajba kontra Marsaskala (7-6) u Aston Birra (4-2).

Fi grupp B, Leġġendarji baqgħu bla telfa wara 11-il partita hekk kif ingħataw rebħa walk-over ta’ 5-0 kontra Dynamo Lynx. Spurs ukoll ħadu walk-over ta’ 5-0 fuq Orthodox Wizards wara li dawn tal-aħħar ma ppreżentawx ruħhom għal-logħob. Minkejja kollox, Orthodox xorta spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika.

Patatanaikos rebħu 5-0 lil La Famiglia filwaqt li Spartans kellhom logħba pożittiva kontra Azzurri tant li rebħu 9-3.

Madballerz komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi wara li rebħu lil Mapfre MSV Life 7-2 filwaqt li Pentasia ħadu t-tliet punti għas-spejjeż ta’ CFDS meta rebħulhom 9-3.

KLASSIFIĊI FINALI:

Grupp A: Macedonia 31, Niupi FC, ROA Brothers, FM Interiors 25, Masters R United 21, De Fonseca, All Black 15, Marsaskala, Flutter 13, Kanon Gaming 6, Aston Birra 3, Ernst & Young 0.

Grupp B: Leġġendarji 31, Orthodox Wizards 26, Patatanaikos 25, Spartans 22, La Famiglia 19, Madballerz 17, Spurs 16, Azzurri FC 15, Pentasia 7, Mapfre MSV Life 5, Dynamo Lynx 4, CFDS 3

Sport