Il-ġganti mis-Saudi Pro League Al-Ittihad offrew lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Ġermaniż Leroy Sane kuntratt enormi ta’ €100 miljun għal erba’ snin, iżda l-internazzjonali Ġermaniż irrifjuta hekk kif jinsab viċin li jiftiehem għal ftehim ġdid ma’ Bayern Munich.
Bosta kritiċi tal-futbol internazzjonali baqgħu skantati kif il-plejer ta’ 29 sena rrifjuta din l-offerta vantaġġuża, b’oħrajn li ammiraw il-lealta’ li għandu lejn it-tim mill-Bavarja.