Il-midfielder Leroy Sane xorta jista’ jibqa’ ma’ Bayern Munich minkejja li għandu offerta mill-Arabja Sawdija.
L-internazzjonali Ġermaniż huwa mfittex minn Al-Ittihad, iżda jingħad li hu ħerqan li jibqa’ f’pajjiżu, bid-direttur Max Eberl jikkonferma li n-negozjati għaddejjin.
Eberl qal li jinsabu b’taħditiet mal-plejer sabiex jibqa’ jilgħab fl-Allianz Arena. Hu ilu mal-Bavarjani sa mis-sena 2020 fejn skorja 40 gowl f’151 partita.