Tuesday, July 8, 2025

‘Lest li nagħti kollox ma’ Marsaxlokk FC biex inkunu nistgħu nilħqu l-objettiv tagħna ta’ dan l-istaġun’ – Ensell Attard

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn ta’ madwar erba’ snin l-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet meta fuq youtube bdejt nara lil Messi u Ronaldinho jilagħbu meta kienu żgħar u anke xi ħiliet li kont nara u kont immur fil-bitħa tan-nanna u noqgħod nipprova nagħmel l-istess affarijiet li kien jagħmel.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-sperjenza ġdida tiegħek ma’ Marsaxlokk FC?

Din l-eseprjenza tiegħi ma’ Marsaxlokk FC qed inħares lejha bħala esperjenza tajba għalija għax f’dak il-klabb hemm ħafna plejers tajbin u ta’ esperjenza u nista’ nitgħallem minnhom kif ukoll nuri u nkompli nżid il-kwalitajiet tiegħi magħhom. U bħala klabb inħossni eċċitat ħafna għax huwa klabb tajjeb u jiena lest li nagħti kollox biex inkunu nistgħu nilħqu l-objettiv tagħna ta’ dan l-istaġun.


Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Melita FC.

Mal-Melita FC kienet esperjenza sabiħa għalija għax laqgħuni u kienu jirrispettawni ħafna. Nirringrazzjahom bis-sħiħ għax għenuni ħafna bħala plejer u emmnu fija għax minn hemmhekk tawni ‘playing time’ fil-Malta Premier u b’hekk urejt il-potenzjal tiegħi u anke skurjajt żewġ gowls. Hemm ambjent sabiħ u kulħadd jgħin lil xulxin biex jimxi ‘l quddiem.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Il-livell tal-futbol Malti rajtu li dejjem qed jiżdied u jikber għall-aħjar.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?

Bħala riżorsi ta’ fejn nittrenjaw u nilagħbu logħob kompetittiv narahom li huma tajbin għalina iżda kieku jkun hawn aktar grawnds li jkunu tal-ħaxix vera mhux artifiċjali jkun aħjar fejn nittrenjaw għaliex fil-logħob kompetittiv jintlagħbu ħafna logħob fuq il-ħaxix vera allura wieħed ma jkunx forsi komdu li jaqleb minn pitch għall-ieħor, u b’hekk jista’ jkun ukoll li jkun hemm ħafna injuries.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Messaġġ żgħir li ngħaddi għal min irid ikompli l-karriera tiegħu / tagħha fil-futbol, taqtgħu qalbkom qatt u dejjem aħdmu kemm tistgħu u agħtu dak kollu li tistgħu fil-pitch anke jekk tħossukom qed taqtgħu qalbkom, ibqgħu aħdmu għax minn hemm tkunu tafu kemm intom b’saħħtitkom bħala persuni u turu l-potenzjal tagħkom!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport