Thursday, December 26, 2024

Lesta li tneħħi l-ħwejjeġ kollha jekk il-Kroazja jirbħu t-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Ivana Knoll, il-partitarja Kroata b’differenza, għamlet wegħda kbira jekk it-team jirbaħ it-Tazza tad-Dinja. 

Knoll, li fil-passat rebħet it-titlu ta’ Miss Croatia, tinsab il-Qatar tappoġġa lit-team tagħha. Hija ġibdet l-attenzjoni għal mod kif tilbes. F’kelma oħra hija l-unika waħda f’dan it-tournament li tilbes kollox imqaċċat … li tmur kontra kull regola f’pajjiż Musulman. 

Hija tkellmet dwar dan fejn qalet: 

“L-ewwel kont qed naħseb li jekk it-Tazza tad-Dinja issir fil-Qatar, żgur li kienu se jippermettu kollox biex jagħmluha komda għall-partitarji kollha mingħajr ebda restrizzjonijiet tagħhom.

“Imbagħad smajt bir-regoli u bqajt ixxukkjata. Fil-kodiċi tal-ilbies, inti projbit milli turi spallejk, irkopptejk, żaqqek u għonqok.

“Jien lanqas għandi ħwejjeġ li jkopru dak kollu!”

Hija se tkun darbtejn oħra fl-istadia fil-Qatar minħabba li l-Kroazja jridu jilagħbu kontra l-Arġentina fis-semi-finali u mbagħad jilagħbu fil-final jew inkella għat-tielet post. 

Meta ġiet mistoqsija x’tagħmel li kieku l-Kroazja kellhom isir champions tad-Dinja, hija wieġbet: “Jekk jiġri hekk … il-bandiera taqa’! … kollox jaqa’ … inklużi ħwejġi kollha … dak ikun il-premju għal pajjiżi!!”

Ekonomija

Sport