Friday, December 13, 2024

LESTI BIEX NERĠGĦU NIGGVERNAW

Aqra wkoll

Ħafna nies li jkellmuni, isemmuli x-xogħol u l-ħidma li saret mill-gvern fl -aħħar żminijiet bħala d-deċiżjoni għaliex se jerġgħu jafdaw lill-PL bit-tmexxija tal-pajjiż. Kienet din il-ħidma li fl -aktar żmien diffi ċli mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn sarrfet f’ekonomija robusta, aktar xogħlijiet li jħallsu pagi għoljin, u anke drittijiet ġodda li taħt gvern Nazzjonalista konna biss noħolmu bihom. Kemm ilna fi l-Gvern bħala Partit, dejjem rajna li nġibu l-bidla u l-progress, u li nibnu fuq it-tajjeb fejn kien hemm it-tajjeb: xi ħaġa li kompliet twessa’ l-orizzonti tal-partit u tressaq nies ġodda lejna.

Fl-opinjoni tiegħi, hija l-onestà li hija d-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin. Fuq naħa għandna partit, li għamel ħafna ġid, imma li għamel żbalji wkoll. Żbalji li aħna nammettuhom, u mhux naħbuhom bħalma jagħmel ħaddieħor. Imbagħad però għandna partit fl -oppożizzjoni li jpenġi lilu nnifsu bħala partit li se jġib il-bidla bi wċuħ tal-passat. 

Din il-“bidla”, hija kredibbli, daqskemm ikun kredibbli Vladimir Putin kieku dan jgħid li se jġib bidla radikali fi r-Russja permezz t’aktar demokrazija diretta. Timmaġinaw xi tkun ir-reazzjoni tad-dinja, kieku Putin kellhu jgħid li se jimplimenta d-demokrazija diretta fi r-Russja? 

Niggarantilkom jien li kieku dan kellu jkun il-każ, il-mexxeja tad-dinja mhux talli ma jemmnuhx, imma talli wkoll tgħidx kemm jiddieħku bih pubblikament.

L-istess ħaġa qed tiġri llum il-ġurnata bil-Partit Nazzjonalista. Jgħidu li jridu pajjiż u partit aktar miftuħ. Safrattant il-politiċi l-aktar b’saħħithom fl -istess partit huma l-ultrakonservattivi. Jgħidu li jridu jimbuttaw uċuħ ġodda, imma mbagħad l-uċuħ ġodda ma jikkontestawx l-elezzjoni biex jiġu aġevolati, nies bħal Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi. 

Aktar minn hekk, jgħidu li l-Partit Nazzjonalista huwa Partit magħqud, meta lkoll nafu bl-inkwiet intern li kellu l-partit. Inkwiet, li wassal sabiex deputat partikolari saħansitra allega li l-eks Kap Adrian Delia kellu mijiet ta’ messaġġi ma’ Yorgen Fenech… messaġġi li mbagħad wara qal li ma kienx hemm. Imma possibbli jaħsbu li n-nies ma jindunawx b’dawn it-teatrini?

X’differenza mill-Partit Laburista! Partit li dejjem kien iffukat biex itejjeb ilħajja tan-nies, anke fl -eqqel ta’ pandemija li d-dinja kienet ilha 100 sena ma tara bħalha! Fi żmien kriżi kemm ta’ saħħa, imma wkoll t’ekonomija, li qatt rajna, il-Partit Laburista fi l-Gvern kompla jinvesti fi n-nies, salva eluf t’impjiegi u saħansitra ra li l-pajjiż jirkupra bl-aktar rata b’saħħitha fl -Unjoni Ewropea kollha. Taħt ħaddieħor, meta skont il-Partit Nazzjonalista, il-pajjiż kien sejjer aħjar, l-ekonomija staġnat u l-impjiegi komplew jintilfu bejn l-2008 u l-2012 meta d-dinja kienet għaddejja minn kriżi ferm inqas potenti minn dik kurrenti. 

Il-mantra tal-Partit Nazzjonalista dal-aħħar saret li l-Partit Laburista m’attrattax industriji ġodda lejn Malta. Ma ttihomx tort jgħidu hekk għaliex kienu aktar iffukati jiġġieldu ma’ xulxin milli fuq ix-xogħol li beda jitkattar fi l-pajjiż. Xi ngħidu fuq l-industriji ġodda li l-PN qed jgħidu li jridu jattrattaw lejn Malta? Mhuma ġodda xejn, għaliex diġà hemm investiment sinifi kanti f’kull wieħed minn dawn l-industriji. Fost dawn l-industriji nsibu l-Metaverse pereżempju. Irrid ngħid, li malli Bernard Grech nissel il-kelma “Metaverse” ma stajtx ma nidħakx, għaliex infatti diġà għandna kumpanija f’Malta li bdiet tinvesti f’dan is-settur. Imma taf inti, forsi l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista kienu qed jgħixu fi l-Metaverse meta bdew jagħmlu l-manifest elettorali minfl ok fi r-realtà. 

Filwaqt li ħaddieħor kien jinsab moħħu fi l-Metaverse u fl -immaġinazzjoni madanakollu, aħna konna hawn: nieħdu d-deċiżjonijiet, inżidu l-fl us fi l-bwiet tannies, u naċċertaw pajjiż aktar ġust għal kull Malti u Maltija. Ninsabu aktar minn lesti biex nerġgħu niggvernaw, bħalma għamilna fl -aħħar disa’ snin. 

Personalment, ninsab persważ li l-poplu dan jafu, u li se jirrifl ettih nhar is-26 ta’ Marzu. Sa dakinhar madanakollu, nibqgħu nissieltu għal kull vot, u nibqgħu nistinkaw sabiex il-ħidma tagħna tiġi riflessa f’riżultat kumparabbli jew aħjar minn tal-2013 u l-2017. Inkomplu naħdmu.

Jikteb Dario Vella; Sindku tal-Mellieħa u Kandidat Laburista fuq l-10 u t-12-il Distrett

Ekonomija

Sport