Wara jiem sħaħ ta’ pressjoni baxxa fuq il-gżejjer Maltin, jidher li s-Sibt u l-Ħadd dawk kollha li jħobbu l-baħar jistgħu joħorġu l-malji.
Għalkemm għada l-Ġimgħa hemm imbassar xi ħalbiet iżolati tax-xita, is-Sibt u l-Ħadd skont dak irraportat fuq siti tat-tbassir tat-temp se jkun ftit imsaħħab. Iżda l-ogħla temperatura s-Sibt se titla’ għal 25°C, filwaqt li l-Ħadd titla’ għal 26°C.
Il-Ħadd, b’riħ Majjistral forza 2 tista’ tgħid li tista’ tmur sa ħdejn il-baħar u jekk tħossu li għadu kiesaħ, xorta waħda tista’ tqatta ħin sabiħ mal-familja tiegħek.