Is-sewwieq Britanniku, Lewis Hamilton (Mercedes), il-Ħadd se jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix tal-Ungerija, li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring fil-belt ta’ Mogyorod, meta kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali … dak ta’ minuta u 16.609 sekondi.
Huwa għeleb lill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull), biex kiseb l-ewwel pole postion mit-tiġrija ta’ qabel tal-aħħar tal-istaġun 2021.
Huwa kien 0.003 sekondi aktar veloċi miċ-champion renjanti u l-leader tal-klassifika.
Mit-tielet pożizzjoni se jibda l-Brittaniku Lando Norris (McLaren). Iċ-Ċiniz, Zhou Guanyu (Alfa Romeo) ħoloq sorpriża kbira meta se jibda mill-ħames post quddiem dak ta’ Monaco Charles Leclerc (Ferrari), il-Finlaniż Valtteri Bottas (Alfa Romeo) u l-Ispanjol Fernando Alonso (Aston Martin).
Il-klassifika tal-ewwel postijiet hija: 255 – Max Verstappen; 156 – Sergio Perez; 137 – Fernando Alonso.