Tuesday, December 24, 2024

Lewis Hamilton jista’ jiġi dixxiplinat mill-FIA

Aqra wkoll

Il-President il-ġdid tal-FIA Mohammed ben Sulayem ma eskludiex li Lewis Hamilton jista’ jiġi dixxiplinat wara li bojkottja ċ-ċerimonja tal-premjijiet tiegħu, nhar il-Ħamis.

Hamilton u l-kap tat-tim tal-Mercedes Toto Wolff ma attendewx bi protesta għall-immaniġġjar tal-Grand Prix ta’ Abu Dhabi nhar il-Ħadd li għadda.

Ir-regoli tal-Formula 1 jiddettaw li jridu jattendu l-aqwa tliet sewwieqa fil-kampjonat.

“Jekk hemm xi ksur, m’hemm l-ebda maħfra f’dan,” qal Ben Sulayem.

Mitlub jiċċara jekk hux qed jgħid li Hamilton se jiġi penalizzat talli ma jattendix il-gala, huwa qal: “Il-maħfra dejjem hemm. Iżda r-regoli huma regoli.

“Naf li Lewis huwa tassew imdejjaq dwar dak li ġara. Nifhem ħafna d-diżappunt tiegħu. Imma rridu nħarsu lejn jekk hemmx xi ksur ta’ regolamenti. [Wara] ftit sigħat issa bħala president, ma nistax nagħti tweġibiet mingħajr ma mmur lura għall-fatti .”

Il-Ħamis Wolff qal li Hamilton kien “diżilluż” wara l-avvenimenti ta’ Abu Dhabi u li ma setax jiggarantixxi li ċ-champion seba’ darbiet jerġa’ lura għall-F1 is-sena d-dieħla.

L-FIA nediet inkjesta dwar l-avvenimenti ta’ Abu Dhabi, fejn id-direttur tat-tiġrijiet Michael Masi deher li ma segwiex ir-regoli tal-organizzazzjoni stess meta ġie għall-operat ta’ perjodu tard tas-safety-car, li wassal biex il-kampjonat intrebaħ b’mod mill-aktar kontroversjali. 

Aktar minn hekk, l-FIA ammettiet li l-kontroversja dwar it-tellieqa kienet “tħammeġ l-immaġni” tal-F1.

Ekonomija

Sport