Sunday, December 22, 2024

Lezzjonijiet dwar is-sess u relazzjonijiet mandatorji fl-Irlanda

Aqra wkoll

Lezzjonijiet dwar is-sess u relazzjonijiet se jkunu mandatorji fir-Repubblika Irlandiża għal studenti ta’ bejn 15 u 18-il sena.

Dan it-tagħlim se jkun parti minn proċess edukattiv li l-istudenti se jkunu qegħdin jingħataw dwar il-ħajja soċjali, personali u anke dwar saħħithom. Il-lezzjonijiet se jagħtu tagħrif dwar kif wieħed jikber aktar fl-idenita tiegħu, dwar kif tibni relazzjonijiet u anke kif tintegra fis-soċjeta.

L-istudenti li jkollhom mill-inqas siegħa kuljum ta’ edukazzjoni dwar is-sess biex b’hekk meta jidħlu f’relazzjonijiet jkollhom l-għarfien kollu mingħand l-edukaturi u mhux jieħu l-informazzjoni minn fuq il-midja soċjali jew mingħand sħabhom stess li f’xi każi tkun informazzjoni ħażina.

Ekonomija

Sport