Wednesday, April 24, 2024

Lezzjonijiet ta’ reviżjoni bla ħlas għall-istudenti li ma jgħaddux mill-eżamijiet taċ-ĊES

Aqra wkoll

Il-paġna Youth Guarantee riċentament ħabbret li se jkunu offruti klassijiet ta’ reviżjoni bla ħlas għal dawk l-istudenti li jeħlu minn xi suġġetti obbligatorji mill-eżamijiet taċ-ĊES. 

Il-programm se jtul ħames ġimgħat, fejn matulhom l-istudenti se jkomplu jippreparaw irwieħhom għar-resit. Is-suġġetti li se jkunu offruti huma l-Matematika, il-Malti, l-Ingliż, il-fiżika u l-bijoloġija. L-istudenti jistgħu jagħżlu sa massimu ta’ tliet suġġetti.

Il-lezzjonijiet jibdew fil-25 ta’ Lulju li ġej u jintemmu fis-27 t’Awwissu. Il-lokalitajiet magħżula huma l-Mosta, il-Ħamrun, Raħal Ġdid u r-Rabat Għawdex.

L-applikazzjonijiet jinfetħu fl-istess jum meta jitħabbru r-riżultati. Dawk l-individwi li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz, huma mħeġġa jissottomettu l-applikazzjoni mill-aktar fis possibbli għax il-postijiet huma limitati.

Għal iktar informazzjoni tista’ tibgħat messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Facebook – Youth Guarantee jew inkella żur is-sit www.jobsplus.gov.mt/revisionclasses 

Sport