Tuesday, December 24, 2024

Lgħabna partita waħda kontra l-Ukrajna … u rbaħnieha

Aqra wkoll

Illum Malta u l-Ukrajna se jiltaqgħu f’logħba minn Grupp C tal-Euro 2024 b’din tkun it-tieni darba li ż-żewġ pajjiżi se jiffaċċjaw lil xulxin fl-istorja.

Il-logħba se tintlagħab fis-6.00 pm f’Trna­va, is-Slovakkja, minħabba l-gwerra li għaddejja bħalissa bejn l-Ukrajna u r-Russja. Fil-fatt iż-żewġ logħbiet se jkunu ntlagħbu f’pajjiż newtrali minħabba li l-ewwel waħda li saret sitt snin ilu, eżattament fis-6 ta’Ġunju, 2017, kienet saret quddiem 500 spettatur fil-Merkur Stadium ta’ Graz, meta l-iskwadra Maltija kienet għamlet training kamp fil-pajjiż Awstrijak.

Intant il-Maltin rebħu l-partita 1-0 b’goal kmieni fl-14-il minuta skorjat minn Zak Muscat, li llum qed jilgħab ma’ Farense fit-tieni livell tal-football Portugiż u fl-istaġun li ntemm dan l-aħħar rebħu l-promozzjoni meta spiċċaw fit-tieni post.

Ir-rebħa fuq l-Ukrajna seħħet taħt il-gwida tal-coach nazzjonali, it-Taljan, Pietro Ghedin, b’dak fuq il-bankina opposta jkun il-popolari eks internazzjonali Ukren, Andriy Shevchenko, li kellu karriera kbira ma’ Milan li magħhom rebaħ iċ-Champions League u anke lagħab ma’ Chelsea u Dinamo Kiev.

Iżda llum iż-żewġ coaches huma ġodda meta t-Taljan ukoll, Michele Marcolini qed imexxi lit-team Malti u Serhij Rebrov, eks Tottenham, Fenerbahce u West Ham, lill-Ukrajna.

Mit-team rebbieħ Malti ta’ sitt snin ilu għad fadal erba’ players li għadhom jintgħażlu. Dawn huma l-goalkeeper Henry Bonello li dak inhar kien reserve kif ukoll Steve Borg, li huwa l-captain kurrenti, Zak Muscat u Bjorn Kristensen, li l-erbgħa li huma kienu fil-11 inizjali fit-telfa 4-0 kontra l-Ingilterra nhar il-Ġimgħa li għadda b’goal stupend ta’ Trent Alexander-Arnold, auto-goal ta’ Ferdinando Apap u żewġ penalties minn Harry Kane u Callum Wil­son b’dan jieħu l-inkargu wara li l-captain Ingliż kien diġá ġie mibdul.

Ekonomija

Sport