Minn Cristian Muscat
– Fis-7 ta’ Diċembru li għadda, laħaq it-tragward tal-100 partita uffiċjali fil-karriera tiegħu.
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira għax missieri kien jeħodni l- grawnd kull tmiem il-ġimgħa biex naraw it-tim favorit tagħna. Bdejt il-karriera f’ dan l-isport ta’ sitt snin għax minn dejem xtaqt li nkun involut iktar mhux biss narah imma nilgħabu wkoll.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq it-tragward tal-100 partita uffiċjali fil-karriera tiegħek li lħaqt fis-7 ta’ Diċembru li għadda?
Li għamilt 100 preżenza fil-karriera tiegħi hu ta’ sodisfazzjon kbir għalija u għal dak kollu li ħdimt sa issa ovvjament nixtieq nibqa’ nilgħab ħalli nilħaq tragwardi oħra fil-karriera tiegħi.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Mellieħa SC. X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?
Nista’ ngħid li l-ambjent tat-tim tal-Mellieħa huwa wieħed ferm sabiħ! Flimkien qegħdin naħdmu biex inkomplu nimxu ‘l quddiem u fl-aħħar tal-istaġun inkunu fejn jixraqilna.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
It-tragwardi ta’ dan l-istagun huwa li l-Mellieħa SC ikunu jikkompetu f’din il-
kompetizzjoni kif ukoll f’kompetizzjoni aħjar milli qegħdin fiha għax ovvjament il- kampjonat huwa twil u baqa’ ħafna logħob.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-futbol Malti llum il-ġurnata qed jogħla fil-livell kull staġun. B’hekk ovvjament kull plejer li qed jgħolli l-livell tiegħu kif ukoll bħala plejers nieħdu pjaċir iktar nilagħbu.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Bħala riżorsi ta’ grawnds morna ħafna ‘l quddiem. Li l-MFA tieħu ħsieb il- grawnds hija xi ħaġa sabiħa għax hekk tkun qed tagħti każ lilna l-plejers u nnaqqsu l-injuries.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Fil-futur tiegħi fil-futbol nixtieq li nibqa’ nilgħab b’determinazzjoni kbira biex nikseb aktar tragwardi u suċċessi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Nixtieq nagħlaq billi ngħaddi messaġġ lil kulħadd biex fil-ħajja qatt ma jaqtgħu qalbhom minn xi ħaġa li jħobbu jagħmlu. Fil-karriera tal-futbol hemm l-inżul u t-tlajja imma qatt ma trid taqta’ qalbek u dejjem tibqa’ tistinka għal dak li tħobb!

