Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn etá żgħira ta’ tliet snin. Minn dejjem kont inħobb nilgħab bil- ballun. Il-passjoni tiegħi lejn il-futbol għalija kienet ġo fija mit-twelid nista’ ngħid!
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq it-tragward tal-200 logħba li għadek kemm ilħaqt?
Li għaqqadt il-200 logħba tiegħi huwa sodisfazzjon kbir għal dak kollu li ħdimt biex nilħaq dan it-tragward sabiħ. Irrid nibqa’ naħdem iktar sabiex nilgħab iktar logħob!
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tiegħek, Mdina Knights FC, matul dan l-istaġun sa issa?
L-ambjent ta’ dan il-klabb huwa wieħed magħqud ħafna u qegħdin naħdmu kollha flimkien u dejjem ngħinu lil xulxin kull logħba.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
It-tragward tagħna dan l-istagun huwa li nippruvah niksbu l-promozzjoni peró rridu nżommu saqajna mal-art u nimxu logħba b’logħba b’determinazzjoni.
X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-futbol Malti llum il-ġurnata għola fil-livell f’kull diviżjoni u dejjem hemm kompetizzjoni. Dan il-livell inkunu iktar nistagħu nieħdu pjaċir għax dejjem tkun qed tilgħab f’livelli għoljin u b’saħħithom.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Bħala riżorsi tal-grawnds, l-MFA qed jagħmlu minn kollox biex ikunu aħjar, billi jibdlu l- wiċċ tal-grawnds sabiex ikun hemm inqas injuries u nieħdu pjaċir nilagħbu.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Fil-futur tiegħi fil-futbol nibqa’ nħares b’deternimazzjoni u passjoni kbira u li nibqa’ naħdem u nistinka biex nirbaħ iktar unuri u suċċessi għalija!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Nixtieq billi nispiċċa billi ngħaddi dan il-messaġġ lil kull min irid ikollu suċċess fil-futbol. Fil-karriera dejjjem trid taħdem għas-suċċess li tkun trid u dejjem ma taqtax qalbek fit- tajjeb u fil-ħażin, trid tibqa’ pożittiv ħalli dejjem tirnexxi fil-karriera tiegħek tal-futbol!



