Meta mistoqsi rigward l-emendi fuq il-proċess tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru rrikonoxxa li hemm membri fl-Oppożizzjoni li għadhom mhumiex jaqblu mal-Preimplantation Genetic Testing for Monogenic disorders (PGT-M).
Fearne fakkar li ħames snin ilu l-Oppożizzjoni kienet ivvutat kontra l-emendi proposti u llum huma favur dawk l-emendi. Il-Kap tal-Oppożizzjoni saħansitra qal li kien ivvota favur dan il-vot.
“Jiena mhux se nkun xi ħadd li jaqra l-futur imma li kieku kelli, ngħid li anke f’din, illum il-Partit Nazzjonalista jgħid li huwa kontra imma jgħaddi ż-żmien u huma wkoll meta jaraw dawn it-trabi b’saħħithom u ħajjiet ġodda malajr jgħidu li huma favur”, saħaq Fearne.