Sunday, November 24, 2024

“Li kieku ħriġt mill-ġenb illum qiegħed tistaqsini jekk kontx qed nipprova naħrab”

Aqra wkoll

“Li kieku ħriġt mill-ġenb illum qiegħed tistaqsini jekk kontx qed nipprova naħrab”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela f’intervista li kellu aktar kmieni fejn wieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet fosthom jekk ħariġx mill-entratura prinċipali ta’ Kastilja biex jinstiga l-folla preżenti għall-velja ta’ JeanPaul Sofia.

Il-Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu qal li ħass li kien għadda biżżejjed ħin biex fid-9:30 p.m il-folla bdiet tonqos u seta’ joħroġ minn hemm. Huwa kien ċar li li kieku ħareġ mill-ġenb kieku l-ġurnalist quddiemu kien se jkun qiegħed jistaqsih jekk kienx qiegħed jipprova jaħrab u fl-istess waqt irringrazzja lil missier JeanPaul Sofia li qalb dik il-konfużjoni mar fuqu u qal li kien se jkun hu li jimxi dik it-triq miegħu, anke minħabba ċertu rabja fost il-folla preżenti.

Dan wara li l-istess Prim Ministru spiċċa mgħajjar u kien hemm persuni li segwewh hekk kif ħareġ biex iħalli Kastilja dakinhar tal-velja.

Sport