Wednesday, December 25, 2024

“Li kieku kont naf aktar fuqha, kont nitlob €10 miljun mhux €150,000”

George Degiorgio jammetti mar-Reuters li qatel lil Daphne

Aqra wkoll

George Degiorgio ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia f’intervista li ta lill-aġenzija tal-aħbarijet Reuters minn ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Din l-intervista saret bħala parti minn podcast li se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin fuq ir-Reuters.

Fil-kummenti tiegħu, George Degiorgio qal li kieku kien jaf aktar dwar Daphne kien jitlob €10 miljuni u mhux €150,000 biex iwettaq il-qtil. L-akkużat allega wkoll li se jimplika persuni oħrajn li skontu kienu involuti f’dan id-delitt.

Qal li għalih dan huwa xogħlu anke jekk wara ddispjaċih ta’ dak li għamel. “Għalija kienet biss negozju. Iva. Business as asual,” qal Degiorgio lill-ġurnalist ta’ Reuters. “Ovjament inħossni dispjaċut.”

George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż, kien tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Daphne li kien seħħ f’Ottubru tal-2017. Huwa kien ċaħad l-akkużi miġjuba kontra tiegħu. Flimkien miegħu kien tressaq ħuh Alfred u Vince Muscat li dakinhar ukoll wieġbu mhux ħatja.

Sentejn ilu iżda Muscat kien għażel li jammetti l-akkużi miġjuba kontra tiegħu u kien ikkundannat 15-il sena ħabs. Muscat kien aċċetta li jixhed fuq il-każ u reati oħrajn li kien implikat fihom.

Ekonomija

Sport